Phototherapy Europe Logo
  • Home
  • Literature Review
  • Approaches
  • Talking Pictures Cards
  • Founding PIPAE Conference 2014 and Videos
  • Initial Training Programmes
  • Training Materials
  • Evaluations of Initial Project
  • Original Project Partners
  • PIPAE Further Developments
  • Contact
Lifelong Learning Programme

A European funded project looking at the use of phototherapy to address the emotional learning of prisoners

Finland.png Greece.png  Italy.png Malta.gif  Romania.png 

Suomi     Eλληνικά    Italiano     Malti          Român

Phototherapy Europe: Imsieħba fil-Proġett

Il-proġett PIP huwa kompost minn seba’ msieħba minn sitt pajjiżi Ewropej: l-Ingilterra, l-Finlandja, l-Italja, Malta, il-Greċja u r-Rumanija.

.

Università ta’ Roehampton

University of Roehampton

Il-koordinatur tal-proġett hija l-Università ta’ Roehampton, f’Londra, li tinvolvi ċ-Ċentru ta’ Riċerka għall-Edukazzjoni Terapewtika (RCTE) u tinkludi fiha wieħed mill-akbar gruppi ta’ terapiji psikoloġiċi fir-Renju Unit, taħriġ assoċjat ma’ councelling, psikoterapija, terapija li tinvolvi arti u drama.

Kiipula

kiipula.png

It-tieni msieħeb fil-proġett huwa c-Ċentru tal-Edukazzjoni u Riabilitazzjoni f’Kiipula (KVC), ġol-Finlandja, li jipprovdi servizzi fuq l-edukazzjoni vokazzjonali speċjali, edukazzjoni għall-adulti, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp fil-ħajja tax-xogħol. KVC hija speċjalizzata fl-edukazzjoni ta’ nies żvantaġġati fuq il-post tax-xogħol jew li jistgħu isibu diffikultà biex isibu mpjieg. Hija għandha ħafna esperjenza ta’ xogħol kemm ma’ ħabsin kif ukoll ma’ persunal fil-ħabsijiet.

.

Universita Cattolica

Universita CattolicaIt-tielet msieħeb f’dan il-proġett huwa l-Università Cattolica del Sacro Cuore, fl-Italja, li hija l-akbar Università privata fl-Ewropa u b’ħames campuses hija wkoll l-unika Università fl-Italja li topera fuq skala nazzjonali. Attività ta’ riċerka fl-UCSC tibbenefika minn 54 istitut u hija mmirata lejn l-istudju u l-fehim ta’ kwistjonijiet kruċjali għall-ħajja u tas-soċjetà. Id-Dipartiment tal-Psikoloġija Klinika jaħdem fuq aspetti varji tal-Psikoloġija u Psikoterapija.  Il-laboratorju tal-Psikoloġija Klinika tal-UCSC huwa partikularment involut fl-użu tal-fotografija fil-qasam psikoterapewtiku u jirriċerka wkoll dan il-qasam.

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Edukazzjoni fil-Ħabs (EPEA) – fergħa ta’ Malta

EPEAMsieħeb ieħor fil-proġett kienet l-Assoċjazzjoni Ewropea tal- Edukazzjoni fil-Ħabs, ta’ Malta, li hija organizzazzjoni magħmula minn edukaturi fil-ħabs, amministraturi,  riċerkaturi u professjonisti oħra nteressati fl-iżvilupp tal-edukazzjoni u attivitajiet relatati fil-ħabsijiet fl-Ewropa skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa.  Hija wkoll impenjata taħdem ma’ l-amministrazzjonijiet ta’ ħabsijiet fl-Ewropa biex tkompli l-għanijiet tagħha, imma hija totalment indipendenti.

Amitie

amitie.jpgImsieħeb numru ħamsa huwa Amitié srl, Italja, ċentru ta’ riċerka Taljan, li jiffoka fuq l-edukazzjoni u taħriġ, b’esperjenza kbira fil-provvediment ta’ appoġġ u ġestjoni tas-servizzi. Għandu rekord twil u pożittiv ta’ ħidma mal-Gvern Taljan, inklużi l-Ministeru tal-Università u Riċerka u l-Ministeru tal-Wirt u Attivitajiet Kulturali.

Gradeco

gradeco.jpg

Is-sitt imsieħeb fil-proġett huwa GRADECO (Il-grupp għall-azzjoni soċjali u djalogi ekonomiċi) f’Iasi, ir-Rumanija, li kien stabbilit fil-15 ta’ April 2011 fuq l-inizjattiva ta’ ħaddiema li, mill-2007 żviluppaw programmi, proġetti u kampanji soċjali indirizzati lill-ċerti kategoriji ta’ persuni vulnerabbli u f’riskju ta’ esklużjoni soċjali.  GRADECO twieldet minn xewqa li titkompla l-attività tal-ta’ dan il-grupp fi struttura organizzata, kapaċi li tiżgura approċċ ta’ kwalità bl-għan li jkunu disponibbli servizzi soċjali fuq standards Ewropej, għat-titjib tal-ħajja ta’ dawn in-nies.

 

Università ta’ Thessaloniki

thessaloniki.jpg

Msieħeb ieħor huwa l-Università ta’ Aristotle f’Thessaloniki, fil-Greċja, li hija l-akbar Università fil-Greċja, bi skola kbira tal-Psikoloġija li għandha esperjenza estensiva fil-taħriġ tal-psikologi, inkluż psikologi kliniċi (f’sitwazzjonijiet kemm kliniċi u oħra tal-Komunità) u psikologi li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni. Fil-kuntest ta’ aktar studji fuq livell ogħla, din tipprovdi taħriġ u superviżjoni fil-counselling u psikoterapija u ħiliet – xogħol individwali u fi grupp - kif ukoll fit-tagħlim u superviżjoni fit-twettiq tar-riċerka.

  • Legal Disclaimers
  • Accessibility
  • Style Guide
University of Thessaloniki Gradeco EPEA Malta Universita Cattolica
Kiipula University of Roehampton Amitie

© 2019 Phototherapy Europe | Laughing Rabbit Web Design | Sign in